Press to Return to Index.

Xejn La taħseb li jimxi fid-dawl min ma jismħax il-kelma ta'Alla, min ma jimmeditax in-novissmi, u min ma jeżaminax lilu u speċjalment waqt kull prova.
Żomm lili b'mudell tiegħek, u f'kull prova jew f'kull stat li tkun fih għid: "Li kieku Kristu kien minfloki, x'kien jagħmel?" U inti mbgħad agħmel kif jiena kont kieku naghmel.
Huma sinjali li qatt jingannaw lil ħadd meta wieħed huwa ubbidjent u umli u jħobb is-slaleb u ż-żeblieħ tiegħu n-nifsu, Dan huma sinjali ta' l-ispiritu li jkun qed imexxi fit-triq tal-verita u tal-ġustizzja.
Il-kwiet minnu n-nifsu jogħgob lil kulħadd, u kulħadd jhobb il min ma jiksirlux fehtmu; issa trid ikun il-grazzja ta' Alla biss sabiex tgħix fil-paċi man-nies ta' ras iebsa, ta' fehmiet imgħawga, ma' nies li ma jridux bi kmand, ma' hu dejjem bis-sejf mislut.
Għandi bżonnok, Sinjur Kristu, biex jiena ngħix u mmut tajjeb. Għalhekk nitolbok li tiddiregini dejjem u ma tabbandunani qatt.
~ * ~ * ~ * ~ * ~
~ * ~ * ~ * ~ * ~
~ * ~ * ~ * ~ * ~
~ * ~ * ~ * ~ * ~
~ * ~ * ~ * ~ * ~