Press to Return to Index.
" Il-Gimgha l-Kbira "
minn
![]()
Father Crispin Tabone ofm (Cap)
Floriana, Malta ~ ~ ~
Kulma jghaddi minn quddiem ghajnejna jigbed l-attenzjoni taghna
u nibdew nahsbu. Hekk kif inkunu qed inharsu lejn l-istatwi tal-
Gimgha l-Kbira nahsbu fuq Gesu Kristu u fuq it-tbatija li bata:-Id-depression li hass fil-Gnien tal-Getsemani meta gie ttradut minn
Guda l-ugiegh meta gie fflaggellat l-umiljazzjoni meta ghaddewh ghaz-
zufjett meta firduh minn ommu Marija u meta sallbuh u miet.Dawn l-istatwi jghinuna biex naghmlu meditazzjoni - nahsbu.Il-hsieb
jghinna biex nibdew inhossu Inhossu go fina - jiddispjacina ghat-
tbatija li bata Gesu Kristu.Imbaghad nibdew nistaqsu lilna nfusna: "Imma ghaliex?" U nsibu
li Kristu bata biex ipatti ghad-dnubiet taghna ghax id-dnub hu offiza
lil Alla li Alla biss seta' ipatti ghaliha u din it-tpattija setgha jaghmila
Kristu biss ghax huwa Alla. Bin Alla. It-tieni Persuna tat-Trinita' Qaddisa.Hawn nibdew inhossuna grati lejn Gesu' Kristu li helisna minn din
id-diffikulta' taghna li ksirniha ma' Alla u issa permezz tat-tpattija
li ghamel Kristu ghalina nistghu nergu nhossu l-imhabba li Hu Alla.Meta nhossu l-imhabba li Hu Alla inkunu dhalna fil-Misteru u ghalkemm
inkunu hemm man-nies u t-turisti jaraw il-vari mohhna u ruhna jkunu
f'Alla. Ftit li xejn nahsbu fuqna nfusna izda billi nkunu f'Alla inkunu
inkluzi fiH.FiH li jahfer, ihenn u jhobb.
Dawn il-hsibijiet gholja ma jdumux wisq u kif jibdew jiccaqilu r-reffiegha
donnu mohhna jmur fuq is-sbuhija tal-vari u forsi niftakru jew nisimghu
lil xi hadd madwarna jghid:- "Din ta' Abram Gatt , dak li ghamel
l-istatwa ta' San Guzepp." Kien jaghmel statwi sbieh. Alla wkoll kollox
sabieh halaq. l-isbah li halaq huma l-bnedmin tant li Hu sar bniedem
ukoll u ghex fid-dinja li halaq hu stess u li fiha qed nghixu ahna.Il-hajja sabieha u n-nies, xjuh u zghazagh u tfal ihobbu l-hajja. Anke
dawk li jkunu madwarna jaraw il-Vari tal-Gimgha l-Kbira jhobbu l-
hajja u huma grati li wiehed minna l-bnedmin dahal ghalina lkoll biex
inkunu nistghu nkomplu ngawdu l-hajja.Jekk nghaddu minn xi mumenti koroh f'hajjitna xi dwejjaq, depression,
ugiegh u anki mewt, Hu batihom ukoll.Il-Vari jibqu ghaddejjin u jghaddu bhalma anke t-tbatija tghaddi wkoll.
Il-hajja? Wahda minnom tghaddi wara sittin, sebghin u tmenin jew
aktar imma l-hajja l-ohra, jigifieri l-hajja ta' dejjem ma tispiccax.
Bhalma Alla ma jispiccax.U jekk meta l-Vari jdahhluna fi hsieb profond ta' Alla li f'dil-hajja
taghna u d-dinja ma thallinix indumu wisq f'dal-hsieb u nhossuna
niddejjqu li ma bqajnix f'dik l-hena li hassejna meta hassejna li konna
dhalna fil-Misteru ta' Alla bhalma qalbna tinghafas ahna u naraw
ghaddejjin il-Vari tat-Tbatija ta' Kristu, nafu li hemm l-Irxoxt.Hemm dak li rebah id-dwejjaq, it-tbatija u d-dnub li jgib dan kollu
u li allura nghixu maghqudin mieghU billi naghmlu dak li jghidilna
naghmlu Hu, dak li nsibu li qalilna fl-Evangelju u jghidilna fit-talb -
fil-Knisja u wahidna fl-Ewkaristija fit-Tabernaklu u go fina meta
nitqarbnu.
Copyright Fr. Crispin Tabone ©2001